Il-Ministru għall-Finanzi ħabbar li se jkompli jikber l-investiment minn diversi kumpaniji attwali f’pajjiżna fis-settur tal-manifattura.
Permezz ta’ entitajiet, bħall-INDIS u l-Malta Enterprise, kompla l-investiment minn diversi kumpaniji, fosthom ST Micro Electronics, li jkompli jpoġġi lil pajjiżna fuq quddiem fl-avvanzi teknoloġiċi, dak mill-GIMAS, li qed toħloq settur ekonomiku ġdid, u l-espansjoni tal-fabbrika tal-farmaċewtika Baxter.
Jingħaqad ma’ dan ukoll ix-xogħol li qed isir fiż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann biex jinħoloq spazju għall-kumpaniji meqjusa bħala light industry.