Il-Malta Arts Council nediet programm ta’ fondi lill-ħames kumpaniji minn ħames setturi artistiċi.
Is-setturi li se jkunu qed jibbenefikaw huma l-video game development, l-literature and publishing, l-film, l-arti kontemporanja u l-arti performattiva.
Kull kumpanija se tkun tista’ tibbenefika minn €50,000 fis-sena. Kif saħaq id-Direttur tal-istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti, Tony Attard dan il-fond qed isir minħabba li għarfu li l-għarfien ta’ x’verament hemm bżonn fis-settur jinsab proprju fil-kumpaniji nfushom.
Iċ-Chairman tal-Kunsill, Albert Marshall saħaq li l-kumpaniji diġà ġabu 36 espert biex jgħinuhom filwaqt li n-numri mistennija jkomplu jikbru.
Wara t-tnedija saret diskussjoni bejn ir-rappreżentanti tal-kumpaniji li se jibbenefikaw.