Il-kumpanija Virtu Ferries espremiet l-interess tagħha biex f’Ġunju li ġej tibda taħdem ir-rotta domestika tal-fast ferry bejn l-port tal-Imġarr f’Għawdex u l-Port il-Kbir fil-Belt. Il-kumpanija applikat għal-liċenza ma’ Transport Malta.
Għall-ewwel il-kumpanija se tkun qed taħdem b’opra tal-baħar mill-flotta eżistenti, iżda maż-żmien se tkun qed idaħħal opra tal-baħar speċifikament għas-servizz bejn Malta u Għawdex.
Il-kumpanija qalet li laqgħet b’interess it-tħabbira tal-Gvern li sa Ġunju jista’ jibda jaħdem servizz ta’ fast ferry bejn l-Imġarr Għawdex u l-Belt f’inqas minn tliet kwarti.
Il-kumpanija qalet li fl-għoti tas-servizz se tkun tħares li tkun konformi mal-ogħla livelli ambjentali u li tirrispetta r-regolamenti tal-emissjonijiet u linji gwida maħruġa mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.