Ġie mniedi fond innovativ li se jgħin lill-imprendituri li għadhom jibdew bi Start Ups biex jiksbu sors ta’ kapital ħalli l-ideat innovattivi tagħhom jieħdu l-ħajja. Il-Gvern ħass il-bżonn li jgħin iżjed, anki f’kuntest ta’ sfidi globali kawża tal-imxija.
Din l-iskema se tagħti kull investitur kreditu ta’ mitejn elf ewro. Dan il-kreditu se jitla’ sa massimu ta’ erba’ mitt elf ewro.
L-iskema għandha diversi mekkaniżmi li se jservu ta’ għajnuna lil kumpanija, inkluż parti mill-finanzjament ta’ spejjeż speċifiċi bħal pagi u salarji.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Trust Stamp, Gareth Genner spjega li l-kumpanija fetħet f’Ġunju u kienet stmat li se timpjega tletin persuna fi tliet snin.
Madankollu permezz tal-għajnuna tal-Gvern, f’ħames xhur il-kumpanija se tkun qed timpjega diġà sitta u għoxrin persuna.
Genner stqarr, “Malta Enterprise was able to offer us with a start-up scheme was the ability to double down on research and development. To say that we can generate two-years revenue. But for now we have the funding to higher people and to do the research. It would not be realtistic without it.”
Waqt konferenza tal-aħbarijiet ġie ppreżentat stħarriġ li sar mill-Malta Enterprise li żvela li l-akbar ostaklu għan-negożji wara l-ftuħ tal-ajruporti kienet il-likwidità. B’hekk il-Malta Enterprise aġġornat l-iskema tagħha biex tipprovdi aktar flessibilità fil-metodi ta’ finanzjament, inkluż għall-ispejjeż operattivi.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Kurt Farrugia, spjega li matul din is-sena, il-Malta Enterprise approvat il-finanzjament ta’ seba’ start-ups b’valur totali ta’ tliet miljun ewro.
“Bl-iskemi li noffru aħna, primarjament li Start-Up Finance, ħa nkunu qedin noffru, mhux biss l-assistenza f’dak li huwa investiment, imma aktar biex titmexxa l-kumpanija.” Sostna Farrugia.
Min-naħa tiegħu il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri spjega li dawn l-istart-ups jesponu t-talenti imprenditorjali ta’ bosta.