Premier Capital PLC, kumpanija Maltija li bħalissa qed topera mija, tnejn u tmenin ristorant tal-Mcdonald’s madwar l-Ewropa, iċċelebrat il-ftuħ tal-mitt Mcdonald’s fir-Rumanija.
L-ewwel McDonald’s fir-Rumanija nfetaħ fl-1995 u issa dawn l-istabbilimenti nfirxu f’aktar minn 30 belt madwar il-pajjiż, b’aktar minn ħamest elef u erba’ mitt impjegat.
Il-President ta’ Premier Capital PLC, Melo Hili, tenna li l-ftuħ tal-mitt ristorant fir-Rumanija huwa kapitlu sinifikanti fl-istorja tas-suq Rumen. Huwa spjega li r-ristorant il-ġdid jirrapreżenta l-impenn tal-kumpanija li jkomplu jespandu l-produttività ta’ ristoranti moderni billi joffru esperjenzi memorabbli lill-klijenti u opportunitajiet ta’ xogħol lill-komunità.
Dan l-investiment ta’ wieħed punt ħamsa miljun ewro jinkludi apparat sostennibli fosthom pannelli fotovoltajċi u stazzjonijiet ta’ vetturi elettroniċi.