Kumpanija f’Wisconsin, bl-isem ta’ Three Square Market, ħadet id-deċiżjoni li tiċċippja lill-impjegati tagħha minflok tagħtihom mezz ieħor ta’ kif jirreġistraw kuljum li daħlu għax-xogħol.
Dan ifisser li issa minflok jużaw xi tip ta’ kard jew forsi ċippa mweħħla maċ-ċwievet, kull ma jridu jagħmlu hu jgħaddu idejhom fejn ġew iċċipjati u b’hekk din tirreġistra l-ħin li dħalt jew spiċċajt xogħol.
Din l-istess ċippa m’għandiex GPS u bl-ebda mod persuna ma tista’ tiġi ssorveljata mingħajr ma tkun taf.
Dan kien il-ħsieb ewlieni li bosta lmentaw dwaru fuq il-midja soċjali hekk kif saru jafu bl-aħbar, iżda l-kumpanija aċċertat lil kulħadd li bl-ebda mod mhuma se jkunu qed isegwu l-passi tal-impjegati tagħhom iżda sempliċiment din iċ-ċippa hi mezz biex wieħed jirreġistra li jkun daħal jew spiċċa mix-xogħol.
Mezz li skonthom hu aktar faċli.