Diversi innovaturi fil-qasam tat-3D printing se jinġabru taħt saqaf wieħed għall-ewwel avveniment tax-xorta tiegħu bl-isem ta’ Maker Faire fis-27 ta’ Marzu li ġej.
Dan l-avveniment ser jilqa’ kumpaniji u individwi ta’ kull età kemm lokali kif ukoll internazzjonali.
L-moħħ wara l-Maker Faire huma l-istess nies li jorganizzaw il-Malta Robotics Olympiad.
Tkellimna mad-Direttur tal-kumpanija Invent 3D, David Sciberras. Huwa spjegalna: “Allura jiena flimkien ma Magigoo, 3D Maker Noob u ma’ Planet Boop qed norganizzaw din l-ewwel sena ta’ l-event u hopefully ħa jsir a yearly event.”
INVENT 3D hija kumpanija start up li twaqqfet sena ilu u tispeċċjalizza fil-manifattura.
Il-ħaddiema huma graphic designers u inġiniera li tħarrġu l-MCAST u l-Università u li qed jibdlu l-ideat tal-klijenti, f’realtá.
Wieħed mid-disinjaturi tal-kumpanija Angelo Cassar spjega l-proċess li jwassal għat-3D printing, li jista’ jieħu minn siegħa sa ħamest ijiem: “Nibdew billi nużaw softwares biex nagħmlu disinn f’3D dimensions. Imbagħad jagħmel layer by layer process f’dan il-każ biex jikkrea l-parti nniffisha finalment.”
Minkejja ċ-ċokon tal-kumpanija, l-ambizzjonijiet huma kbar hekk kif il-pjan tal-ħaddiema għall-5 snin li ġejjin huwa li jesportaw il-prodotti tagħhom barra minn Malta fosthom lejn il-Ġermanja.
Is-Sur Sciberras sostna: “Equipment, new materials, iktar nies, iktar proġetti mal-Università u mal-MCAST u biex iktar nimbuttaw l-industrial revolution l-ġdida.”
Meta żar il-kumpanija, il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici tenna li kumpanija bħal Invent 3D u oħrajn huma hub ta’ innovazzjoni kontinwa u li jawguraw tajjeb kemm fid-dinja diġitali kif ukoll fid-dinja tax-xogħol f’pajjiżna.
Ħajr għar-ritratti – DOI – Kevin Abela