Il-Qorti tal-Appella ordnat li il-kumpanija Taljana li bniet il-faċċata tal-Parlament il-Ġdid tħallas €31,500 lill-fornituri Maltin tal-ġebel.
Dan wara li il-kumpanija Maltija Q Stone allegat li CFF FiliBerti, li kienet responsabbli mill-bini tal-faċċata tal-Parlament, baqgħu ma ħallsux tal-ġebel minħabba diffikuljatjiet finanzjarji li għandha l-kumpanija Taljana.
Lura fl-2011, Filiberti kienet imqabbda biex tkun responsabbli mill-bini tal-faċċata tal-Parlament il-ġdid, filwaqt li Q Stone tforni il-ġebel biex dan isir. Filiberti bdew jaqgħu lura fil-ħlasijeit tagħhom għal kunsenji ta’ ġebel, u waqt kawza fil-Qorti dwar dan, qajjmu kwistjoni fuq il-fatt li il-ġebel li kienu qed jipprovdu Q Stone kien ta’ kwalita’ inferjuri, tant li kellhom jordnaw 200 tagħbija zejda mill-fondi tal-kumpanija Taljana.
B’din l-allegazzjoni ta’ ġebel mhux tajjeb biex tinbena l-faċċata, Filiberti fetħet appell f’Marzu elfejn u ħmistax, appell li kien deċiz kontriha wara li ebda rapprezentant tagħha ma deher fil-Qorti, għalkemm qalu li dan kien minħabba notifikazzjoni zbaljata tal-gurnata tas-smigħ.
Il-Qorti nnutat ukoll li Filiberti kienu innotifikati darbtejn dwar id-data tas-smigħ, darba bil-posta u darba oħra mill-awtoritajiet Taljani. Minkejja li ntbagħtu żewġ notifiki, ma tonqosx il-validtà mill-ewwel notifika li Filiberti ammettew li kienu fil-fatt irċivew.
Il-Qorti iddecidiet favur Q Stone u ordnat li Filiberti tħallas mill-iktar fis.