Il-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli, Carmelo Abela, żar il-kumpanija tal-moda ‘Nilara’ li tippromovi s-sostenibbilità.
Nilara hija kumpanija li tħaddem ħamsa u għoxrin persuna u topera f’pajjiżna u fil-Ghana.
Il-kumpanija tuża materjal riċiklat biex toħloq prodotti ġodda ta’ kwalità għolja.
Is-sid u d-disinjatriċi ta’ din il-kumpanija, Nila Camilleri, stqarret kif bħala kumpanijja Maltija tiffoka ħafna sabiex il-produzzjoni tagħhom tkun favur l-ambjent b’diversi modi.
Is-Sinjura Camilleri spjegat: “Combining the Maltese aesthetics of design with the workmanship of Ghana and gives a lot of attention to fair trade, to sustainability, Eco-friendly and especially creating products where we can combine all this and be productive but still keep our world intact as it is supposed to be.”
Waqt din iż-żjara l-Ministru Abela semma kif il-potenzjal tas-swieq Afrikani huwa b’saħħtu ħafna u faħħar il-mod kif il-kumpanija qed tesplora l-possibbiltajiet li hemm u tgħaqqadhom mal-prinċipji ta’ sostenibbiltà.
Il-Ministru Carmelo Abela qal: “Imbagħad hemm responsabilitajiet oħrajn, fosthom dawk li jaqgħu taħt il-corporate social responsibility li din il-kumpanija tagħmel b’mod partikolari ġewwa l-Ghana fejn qed tgħin ukoll biex tassisti persuni li jinsabu fil-faqar jew f’riskju ta’ faqar, ħafna minnhom propju fil-faqar u b’hekk qed tgħinhom b’mod tanġibli.”
Il-Ministru Carmelo Abela appella sabiex numru ta’ kumpaniji oħra mis-settur kummerċjali bħal din il-kumpanija jagħmlu il-parti tagħhom u jkunu iktar sostennibli fil-produzzjoni tagħhom.
Dan anki sabiex jintlaħqu il-miri ambjentali ta’ pajjiżna għas-snin li ġejjin.