Il-kumpanija internazzjonali Kelix Bio bdiet taħdem għall-ewwel darba f’pajjiżna b’investiment ta’ tmienja u erbgħin miljun ewro.
Il-kumpanija li tispeċjalizza fil-farmaċewtika fetħet il-bibien tagħha f’Ħal Far u mistennija toħloq mitt impjieg ta’ kwalità speċjalizzati fix-xjenza.
Hija tispeċjalizza f’mediċini għall-pazjenti tal-kanċer, id-dijabete u mard respiratorju.
It-tnedija ta’ dan l-investiment sar mill-Ministru għall-Intrapriża Miriam Dalli fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, Hocine Sidi-Said li ddeskriva lill-pajjiżna bħala wieħed mill-aqwa fejn wieħed jinvesti.
Il-Ministru Dalli qalet li apparti l-investiment dirett f’pajjiżna, li eventwalment hu ċertifikat għall-pajjiżn, dan imur id f’id mal-viżjoni tal-Gvern li joħloq ċentru tal-Biofarmaċewtika fil-Mediterran.
Qalet, “L-investiment ta’ €48miljun ser imur biex ikun żviluppat mediċina ġenerika bi prezz aktar baxx li tintlaħaq minn iżjed pazjenti tal-kanċer, dijabete u respiratorju. L-għan ta’ Kelix Bio li tmur fi swieq Afrikani u emerging markets. Din hi t-tip ta’ industrija li qed inħarsu lejha biex noħolqu karrieri ta’ kwalità, se noħolqu mitt karriera ta’ nies bin-know how f’din l-industrija.”
Fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia, il-Kap Eżekuttiv ta’ Kelix Bio, Hocine Sidi-Said, qal li l-kumpanija ddeċidiet li tibda taħdem minn pajjiżna għal diversi għanijiet fosthom il-qafas sofistikat fil-farmaċewika li eventwalment iwassal għall-approvazzjoni mill-Unjoni Ewropeja u l-Istati Uniti u kif ukoll il-pożizzjoni ġeografika ta’ pajjiżna fost oħrajn.
Qal, “We bring in sophisticated medications to nations to need them at different shaded costs, we came here because it is an attractive IP regime that is offerred to generic manufacturers as ours and also the access to the talent that resides here in Malta in industry like ours.”
Iżda fuq kollox l-klima ekonomika ta’ pajjiżna tagħmilha aktar faċli sabiex kumpanija ġdida tinvesti għall-ewwel darba f’pajjiżna.
Qal, “I cannot think in this part of the world of any jurisdiction that offers such incentives for investments, particularly in the life sciences sector so Malta Enterprise went out of its way to facilitate this investment but also give us acces to a suite of incentives and measures to make our life easier in Malta. So most definitely is the best place to be!”