Kumpanija li sservi ikel Tork f’pajjiżna se tiftaħ ħanut ġdid għada l-Ġimgħa, bid-dħul kollu jmur biex jgħin lil dawk milquta mit-terremot fit-Turkija.
Il-ħanut Posh Turkish se jiftaħ fil-kumpless PAVI f’Ħal Qormi, u fid-dawl tas-sitwazzjoni, qed issir kollaborazzjoni mal-ambaxxata Torka, biex tingħata għajnuna lil dawk li bħalissa għaddejjin minn sofferenza. Il-ħanut se jiftaħ il-bibien tiegħu għada f’nofsinhar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI