F’Tas-Sliema ġiet inawgurata binja li se sservi bħala l-kwartieri l-ġodda tal-kumpanija ‘Press Enter’, waħda mill-madwar 300 kumpanija tal-iGaming li joperaw minn Malta u li qed jipprovdi eluf ta’ impjiegi ta’ kwalità. Il-binja l-ġdida tkopri 1,500 metru kwadru ta’ spazju maqsum fuq sitt sulari.
PressEnter’ hija l-operatur wara uħud mill-aktar ditti ta’ każinojiet online popolari. Imxiet minn operatur wieħed għal intrapriża li għandha diversi ditti ta’ każinojiet online taħt il-kappa tagħha.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/06/01143025/WhatsApp-Image-2022-06-01-at-2.27.28-PM-1024x657.jpeg)
F’Ottubru tas-sena l-oħra, il-kumpanija ‘ħabbret li kienet se tespandi l-operat tagħha f’pajjiżna u, għaldaqstant, bdiet taħdem fuq ir-rilokazzjoni tal-operat tagħha għal binja akbar. F’perjodu ta’ sena, ‘Press Enter’ diġà qabżet il-150 impjegat u l-indikazzjonijiet huma li se tkompli żżid il-ħaddiema sal-aħħar tas-sena.
Il-Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet, Silvio Schembri, qal li Malta hija magħrufa fis-settur tal-iGaming bħala wieħed mill-pajjiżi li għandu perspettiva tajba ta’ din l-industrija b’ġurisdizzjoni serja u affidabbli.
Il-Ministru Schemri tkellem ukoll fuq il-bżonn li jinħoloq bilanċ bejn l-industrija tal-iGaming u l-logħob responsabbli. Huwa rringrazzja lill-fondazzjoni Gaming Malta tax-xogħol tagħhom biex jippromwovi lil Malta bħala ċentru ta’ eċċellenza f’dan is-settur.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/06/01143036/WhatsApp-Image-2022-06-01-at-2.27.07-PM-1024x614.jpeg)