Tumas Gaming Limited, kumpanija fi ħdan Tumas Group, weħlet multa ta’ mitejn u tlieta u tletin elf ewro wara investigazzjoni tal-FIAU.
L-FIAU sabet li l-kumpanija ta’ Tumas naqset milli ddaħħal miżuri kontra l-ħasil ta’ flus.
Fost oħrajn, l-FIAU nnutat li Tumas Group naqset milli twettaq assessjar tajjeb tar-riskji li l-kumpanija possibbilment tista’ tkun esposta għalihom speċjalment dawk li jinvolvu l-klijenti tagħhom.
Instab kif il-kumpanija falliet milli tindika is-sors ta’ minn fejn kienu ġejjin il-flus kemm tal-kumpanija kif ukoll tal-klijenti.
L-assessjar tar-riskju tal-kumpanija naqas ukoll milli jara x’inhuma r-riskiji ta’ klijent li jitlaq mill-magna tal-logħob b’bilanċ pożittiv u jmur persuna warajh ikompli l-logħba bl-istess bilanċ.
Kien hemm xi każijiet fejn il-kumpanija Tumas ma vverifikatx l-indirizz tal-klijent u ħalliet il-klijenti jidħlu fil-Casino bosta drabi anke wara li dawn ikunu qabżu l-limitu ta’ elfejn ewro.