Kumpanija tal-farmaċewtika kienet ordnata tħallas €230,700 f’danni wara li l-Qorti sabet lill-kumpanija responsabbli ta’ splużjoni fl-impjant kimiku taż-Żejtun fl-2009. Liema splużjoni kissret makkinarju tal-kumpanija Asfaltar.
Dan seħħ waqt li xi ħaddiema bdew jippruvaw jinstallaw gradillja tal-metall fis-sit, u kellhom bżonn jaqtgħu parti minnha biex toqgħod fuq il-post.F’dan il-mument tar ix-xrar li spiċċa fi fjamma nar li nfirxet mal-pajpijiet u kkawżaw splużjoni fir-reservior.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti ħadet nota li din kienet ikkawżata mill-kuntrattur li tqabbad biex jagħmel ix-xogħol lil din il-kumpanija farmaċewtika, iżda il-kumpanija Crystal Pharma xorta għandha terfa r-responsabbilitá.
Fil-Qorti ingħad li s-sidien kienu jafu li qed isiru testijiet li jinvolvu il-kimika heptane li tieħu malajr in-nar filwaqt li ħareġ li ma kienx hemm biżżejjed kuxjenza ta’ sigurtá.
Kien għalhekk li l-kumpanija Crystal Pharma kellha tħallas id-danni li saru lill-kumpanija Asfaltar .