Bid-daqq tal-qanpiena tan-New York Stock Exchange, f’Malta għadu kemm ġie rilokat il-kwartieri ġenerali tal-kumpanija fil-blockchain DQR Group- entita’ li tħaddan fiha tlett kumpaniji li twaqqfu l-Ġermanja u li tħaddem 70 ruż. Ħamsa u sittin fil-mija tal-ħaddiema huma Maltin u fil-futur qrib, mistennija li tħaddem total ta’ 200 ħaddiem.Ma’ One News, il-Kap Eżekuttiv u ll-Fundatur tal-kumpanija Dr Kristian Haehndel spjega kif l-għażla waqgħat fuq Malta għax pajjiżna huwa niċċa attraenti għas-setturi tal-block chain u l-cryptocurrencies.
DQR hija kumpanija li toffri servizzi ħolistiċi f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-blockchain permezz ta’ riċerka u edukazzjoni. Din il-kumpanija qed taspira li trawwem lill-pubbliku dwar il-benefiċċji li ġġib magħha l-industrija tal-blockchain.
Ir-rilokazzjoni ta’ din l-entita’ Ġermaniża f’pajjiżna hija xhieda suffiċjenti dwar il-ħidma tal-Gvern ġewwa pajjizna li kuma jmur qegħda toħloq setturi ġodda li mhux biss joħolqu impjiegi ġodda imma wkoll mezz biex ikomplu jdawru ċ-ċiklu tal-ekonomija Maltija f’pajjiżna. Għal dan il-għan, Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni Silvio Schembri
Fis-snin illi ġejjin, Malta ser tkun iċ-ċentru ewlieni tal-ekosistema tal-blockchain; u għal dan il-għan, DQR Group hija kommessa li tkompli tkabbar l-operat tagħha f’pajjizna filwaqt li tiżviluppa f’numru ta’ setturi oħra li jinkludu crypto-banking, crypto-insurance,gaming kif ukoll propjetà.