Il-kumpanija Citadel Insurance ġiet ordnata tħallas aktar minn €400,000 bħala danni wara li l-Qorti sabet li s-sewwieq assigurat magħha kien esklussivament responsabbli għal ħabta head on li seħħet fl-2011 fir-Rabat.
Il-każ jikkonċerna ħabta bejn BMW misjuqa minn Malti u inxurjata mill-istess kumpanija tal-assikurazzjoni u Chevrolet misjuqa minn Kanadiż, fejn il-passiġġiera miegħu spiċċat issofri minn ġrieħi li wasslu għall-mewt tagħha ġimgħat wara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Qorti qablet mal-evidenza medika tal-esperti, li stabbilixxiet li l-mewt kienet konnessa dirett mal-aċċident.
Wara li evalwa l-provi kollha, l-Imħallef Toni Abela, li ppresieda l-każ, ikkonkluda li l-aċċident inħoloq kompletament mit-traskuraġni tal-Malti.