Il-kumpanija tal-logħob mobbli CASUMO tat 25 tablet bħala donazzjoni lill-FSWS waqt żjara li saret mill-Kap Eżekuttiv ta’ CASUMO Shelly SuterHadad lill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, Alfred Grixti.
Dawn it-tablets se jmorru għal dawk it-tfal li ġejjin minn familji vulnerabbli li qed jiġu segwiti mill-FSWS.
Is-Sur Grixti rringrazzja lill-kumpanija u stqarr li l-Fondazzjoni tinsab impenjata biex tkompli tgħin familji vulnerabbli għaliex it-tfal għandhom id-dritt li jkollhom edukazzjoni aħjar speċjalment fiż-żminijiet moderni li ninsabu fihom fejn l-aċċess għas-sistemi diġitali huwa essenzjali biex ikomplu l-vjaġġ edukattiv tagħhom.
Grixti żied jgħid l-fondazzjoni taħdem kontinwament biex familji fil-bżonn kontinwament jingħataw l-għajnuna li jeħtieġu u għalhekk għamel appell sabiex aktar kumpaniji jagħtu n-naqra tagħhom bil-għan li jkomplu jgħinu lit-tfal jieħdu l-edukazzjoni li jeħtieġu.