Il-Qorti ordnat li l-kumpanija li kienet topera dar tal-anzjani fl-Imsida sabiex tagħti lura parti mir-residenza lis-sidien tagħha.
Ir-residenza bl-isem ta’ The Marina Palace Home tilfet il-liċenzja tal-operat tagħha fi Frar ta’ din is-sena.
Il-każ beda fl-elfejn u erbatax, meta Mary Zammit, Pierre Zammit u Nicolette Zahra qalu li l-ħanut tagħhom li jinstab fuq proprjetà tal-kumpanija A.C.K Ltd ġie trasferit għa proprjetà oħra tal-kumpanija b’mod verbali, iżda l-kuntratt relevanti qatt ma kien konkluż.
Wara li l-kumpanija u s-sidien tal-ħanut qablu għall-bejgħ tal-proprjetà, l-kumpanija qatt ma kkonkludiet il-bejgħ.
Għalhekk wara diversi appelli mill-kumpanija, hija ġiet ordnata tagħti lura l-proprjetà tas-sidien tal-ħanut u tħallas l-ispejjeż kollha marbutin ma’ dan il-każ.