Il-kumpanija tal-kostruzzjoni Polidano Brothers ġiet ordnata mill-Qorti sabiex tħallas €13,000 lil ħaddiem minn tagħha wara li weġġa’ waqt li kien fuq il-post xogħol.
Il-każ seħħ fl-2009 meta Frankie Caruana, li dakhinar kellu 50, waqa’ minn fuq saqaf ta’ trakk meta kien qed jagħmel xi xogħlijiet fil-Magħtab.
Wara dan l-inċident Caruana sofra diżabilità ta’ 14% u għamel 4 operazzjonijiet.
Il-Qorti rat li l-kumpanija ma provdietx tagħmir ta’ sigurtà lil Caruana u sabitha responsabbli għal dan l-inċident.