Vital4Data hija kumpanija barranija oħra li f’pandemija globali, għażlet lil pajjiżna bħala ċ-ċentru Ewropew tagħha. Din il-kumpanija Amerikana tispeċjalizza fis-servizzi teknoloġiċi għal kontra l-ħasil tal-flus, fl-aħħar żmien rat żieda fil-klijenti Ewropej, u għalhekk ħasset il-bżonn li tiftaħ uffiċċji fl-Unjoni Ewropea. Il-bażi tagħha f’Malta se jservi ta’ kwartieri ġenerali anke ċentru għar-riċerka.
Kristin Stafford, il-Kap Eżekuttiv u Fundatriċi tal-kumpanija, spjegat kif numru ta’ kumpaniji oħra f’Malta qed jitolbu s-servizzi teknoloġiċi ta’ Vital4Data
Fost il-fatturi li attrattaw il-kumpanija lejn xtutna, kien hemm l-għajnuna kontinwa tal-Malta Enterprise.
Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Kristin Stafford stqarr: “Malta Enterprise really held our hand and helped us do everything we needed to do from a requirement standpoint to open up a division in Malta and we were given some great incentives to do so. ”
Il-President u l-Kofundatriċi tal-kumpanija, Amy Barbieri saħqet kif bħalma Malta offriet opportunitajiet lill-kumpanija, il-kumpanija se toffri wkoll opportunitajiet lill-Maltin u l-ekonomija ta’ Malta permezz ta’ postijiet tax-xogħol u investimenti. Fil-fatt hu stmat li fi tliet snin, il-kumpanija se toħloq mal-għaxar impjiegi tal-ogħla kwalità.
Qalet ukoll li ġew imħeġġa jagħżlu lil pajjiżna mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea kollha.
Hija sostniet: “We’ve built a solid relationship with Malta Enterprise there and they’ve been providing quite a bit of resources for our growth and expansion efforts within the country. So it was really a perfect match for us and it certainly doesn’t hurt that Malta is extremely beautiful and an amazing location for us in general.”
Dan l-investiment ġdid f’pajjiżna jirrifletti x-xogħol imprezzabbli tal-Malta Enterprise, li tul dil-aħħar sena mhux biss issalvagwardjat diversi xogħolijiet eżistenti, iżda evidentament, ħadmet biex tibqa’ tattira kumpaniji ġodda biex Malta setgħet tibqa’ ġurisdizzjoni kompetittiva għan-negozju.