Matul dawn l-aħħar tliet snin, Melita Limited raddet lura €40,700 lil bosta għaqdiet tal-karità f’Malta u Għawdex wara li ħadet id-deċiżjoni li tirrinunzja t-tariffa amministrattiva tagħha għal dawk li jiġbru l-flus għal għanijiet ta’ karità.
Kull meta tiġi organizzata kampanja ta’ ġbir ta’ flus li tuża s-servizz premium tal-SMS ta’Melita, il-kumpanija normalment titlob il-ħlas ta’ tariffa amministrattiva minimali ta’ 10% għal kampanji ta’ karità u bla skop ta’ qligħ, u tariffa ta’ 50% għal kampanji bi skop ta’ qligħ.
Id-deċiżjoni li ħadet Melita fl-2020, li tirrinunzja t-tariffa tal-10%, fisser li 93 kampanja ta’ ġbir ta’ fondi għall-karità organizzati bejn l-2020 u l-2022 setgħu jinvestu aktar flus b’risq il-kawża tagħhom.
Fl-2020, Melita raddet lura €13,000, segwiti minn €13,700 fl-2021, u €14,000 is-sena l-oħra.