Il-kumpanija Maltija Naval Architectural Services qed tipparteċipa fi proġett internazzjonali ta’ riċerka li qed jiġbor flimkien akkademiċi mir-Renju Unit, l-Italja u Malta.
L-istudju qed jara li tkun żvillupata l-kapaċità xjentifika u teknoloġika fil-qasam tad-disinn tad-dgħajjes.
Il-Ministru għar-Riċerka Owen Bonnnici qal li b’dan l-istudju Malta qed tipprovdi bażi tajba biex tkompli tiżviluppa l-kapaċità xjentifika u teknoloġika tagħha fl-industrija tal-baħar.
Huwa stqarr: “Kumpanija speċjalizzata fil-kamp marittimu, li mhux tipprovdi servizzi illi jipprovdu soċjetajiet oħrajn, imma anke toħloq ir-riċerka u l-innovazzjoni bil-għan li toħloq soluzzjonijiet ġodda illi għandhom x’jaqsmu, bil-għan li jtejbu l-industrija marittima, anke fuq livell internazzjonali.”
Id-Direttur Kurt Gutteridge ta’ din il-kumpanija spejga bdiet toffri servizzi ta’ spezzjonijiet, ċertifikazzjoni u disinn navali, u eventwalment evolviet fejn qed toffri konsulenzi f’diversi oqsma.
Huwa fisser: “Il-benefiċċji tar-riċerka hija li nilħqu oġġettivi ġodda u anke anke l-mod kif intejbu dawn l-oġġettivi, il-mod kif jinħoloq l-oġġettivi biex ovvjament nipproteġu l-ambjent u anke nsaħħu l-industrija.”