Kumpanija lokali li ilha fis-suq tal-manifattura għall-ħamsin sena, kull sena qed tipprovdi iktar minn mitt idea ta’ innovazzjoni fl-ippakkjar għall-industrija tas-sbuħija għall-klijenti madwar id-dinja.
Toly hija d-dar ta’ klijentela globali bħar-Renju Unit, l-Istati Uniti, Franza, il-Belġju, Hong Kong u l-Korea u għandha impjanti wkoll fiċ-Ċina u fil-Korea ta’ Isfel, apparti f’Malta.
Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Toly Andy Gatesy qal illi l-innovazzjoni hija ċ-ċavetta tal-futur u filwaqt li qal li r-restrizzjonijiet li ġabet magħha l-pandemija fissru opportunitajiet ġodda għall-kumpanija.
Huwa qal, “To be able to be different, to be able to demonstrate our innovation live using the virtual world. For us it is really exciting and I really encourage all companies that if you want to get yourself out the COVID-19 pandemic focus on the future, focus on creativity, focus on innovation because that’s what make the difference for the winners and the losers.”
Waqt żjara li għamel għand il-kumpanija, il-Ministru għall-Innovazzjoni Owen Bonnici spjega li l-kumpanija tikkollabora mal-Università kif ukoll mal-MCAST sabiex proġetti tal-istudenti jsiru prodotti għall-kummerċ.
Il-Ministru Bonnici stqarr: “Huwa ta’ interess kbir għalina, għaliex hija kumpanija lokalizzata f’Malta li għandha fiċ-ċentru tas-suċċess tagħha l-innovazzjoni, l-kreattività, ir-riċerka, li taqbad idea u tikkomerċjalizzaha.”