L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) avżat lill-pubbliku dwar is-sit alphacmarkets.com li b’mod qarrieqi qed jgħid li Alphacmarkets Europe hija liċenzjata mill-MFSA.
Din l-entità qed tqarraq wkoll lill-pubbliku billi tuża l-isem kummerċjali ta’ kumpanija awtorizzata b’mod leġittimu mil-Financial Conduct Authority (Renju Unit). Għaldaqstant, l-MFSA wissiet lill-pubbliku, f’Malta u barra minn Malta, biex ma jidħlux f’negozju jew tranżazzjonijiet ma’ din l-entità.