L-informazzjoni ta’ madwar 500 miljun klijent tal-grupp tal-lukandi Marriott International insterqet. Marriott International spjegat kif kienet database tal-informazzjoni tar-riservazzjoni tal-klijenti tagħha tal-kumpanija tal-lukandi Starwood li nsterqet minn persuni jew persuna mhux awtorizzata.
Spjegat kif investigazzjoni interna sabet li kien hemm hacker li kellu aċċess għall-informazzjoni ta’ Starwood mill-2014 ‘l hawn.
Il-kumpanija qalet li se tkun qed tinforma lil dawk il-klijenti li nsterqitilhom l-informazzjoni personali tagħhom.