F’Qorti f”Kalifornja, il-kumpanija ġganteska li taħdem fil-qasam tal-kimika bl-isem ta’ Monsato ntalbet tħallas 289 miljun dollaru f’kumpens.
Dan wara li persuna ppruvat li ħxejjex li kienet tipproduċi l-kumpanija kellhom kimika li kkawżatlu kanċer.
Dan il-każ qajjem interess kbir fl-Amerka hekk kif sar magħruf li l-kumpanija kienet konxja li l-prodott tagħha kien perikoluż iżda baqgħet għaddejja bħalikieku xejn m’hu xejn.
Apparti l-persuna li qajmet dan il-każ, hu stmat li hemm ħames t’elef persuna oħra li ilmentaw mill-prodotti tal-kumpanija Monsato.