Kumpanija fit-Tajwan ħarġet apoloġija wara l-inċident fatali tal-Ġimgħa li għaddiet, fejn fiha minn tal-anqas 50 persuna mietu wara li vann daħal fil-binarji tal-ferrovija, u ħabat ma’ ferrovija.
Mitejn persuna weġġgħu f’dan l-inċident.
Bħalissa hemm investigazzjoni għaddejja biex ikun stabbilit jekk ix-xufier naqasx milli jwaqqaf il-vann minn jheddu, jew jekk kienx hemm xi ħsara teknika fil-vettura.
Ix-xufier qed jinżamm fil-kustodja tal-pulizija.