Il-kumpanija Bolt bdiet servizz ta’ kiri ta’ scooters fil-Belt Valletta u f’postijiet urbani fil-madwar. Dan f’investiment sabiex persuni li jkunu jridu jmorru minn post għall-ieħor fil-qrib jagħżlu metodi iżjed sostenibbli.
Kważi sena ilu l-kumpanija kienet temmt l-ewwel provi ta’ din is-sistema biex sa issa ġew iffinalizzati l-passi neċessarji sabiex is-servizz ikun konformi mar-rekwiżiti regolatorji tal-iscooters elettriċi f’pajjiżna.
Il-Kap eżekuttiv tal-kumpanija f’Malta, Sebastian Ripard spjega li Transport Malta għamlet qafas sod li jippermetti l-operazzjoni ta’ scooters elettriċi b’mod sigur.
Ripard stqarr, “My view and I think the capitalist market world view is that you want to create an environment were lots of people can put forward their ideas and the good ones survive and the best ones don’t. So if we have the right environment where people can try to come up with solutions then hopefully we will end up with a good ecosystem that can take us forward.”
Il-Ministru għall-Ambjent, Aaron Farrugia stqarr li dan l-investiment sostenibbli huwa wieħed inkoraġġanti li jipprovdi mezzi alternattivi ta’ trasport iżjed sostenibbli.