‘L-unika shareholder tagħna issa hija l-pjaneta tagħna” – hekk iddikjarat il-kumpanija Patagonia, li tispjeċjalizza fi ħwejjeġ li jintlibsu għal avventuri fil-miftuħ, bħal hiking u camping.
Il-fundatur biljunarju Yvon Chouinard qal li taħt struttura ġdida, kull profitt mhux investit mill-ġdid fit-tmexxija tan-negozju se jmur biex jiffinanzja żviluppi kontra t-tibdil fil-klima.
Dan se jammonta għal madwar mitt miljun dollaru fis-sena
Imwaqqfa fl-1973, id-dħul tal-kumpanija huwa stmat li jilħaq il-$1.5 din is-sena.
“Minkejja l-immensità tagħha, ir-riżorsi tad-dinja huma infiniti, u huwa ċar li qbiżna l-limiti tagħha,” qal l-imprenditur dwar id-deċiżjoni tiegħu li jċedi s-sjieda.
“Minflok ma nieħdu valur min-natura u nibdluh f’ġid għaina, se nibdew nużaw il-ġid li ġej lejn Patagonja biex nipproteġu s-sors.” temm jgħid.