Ġie Malta għat-temp sabiħ, biex minn hawn imexxi kumpanija li kibret għal valur ta’ miljuni ta’ dollari.
Tkellimna ma’ Brian Meidell, Kap Eżekuttiv tal-kumpanija FRVR li għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha f’pajjiżna.
Spjegalna kif madwar sena u nofs ilu ddeċieda li jiċċaqlaq ma’ familtu għal pajjiżna.Spjegalna l-kunċett wara l-logħob li joħolqu. Logħob b’xejn u sempliċi għall-aħħar li faċli taċċessahom u tilgħabhom.
S’issa għandhom tletin logħba, b’madwar għoxrin logħba oħra qed jiġu żviluppati bħalissa.
Il-mira tagħhom issa hija li minn għoxrin miljun fix-xahar, dawn jitilgħu għal mitt miljun fix-xahar fl-ewwel tliet xhur tas-sena ddieħla.
Iktar kmieni din is-sena l-kumpanija tellgħet mat-tliet miljun dollaru f’fondi, li jixhed it-tkabbir li għaddejja minnu, u l-viżjoni pożittiva li l-investituri għandhom fiha.
FRVR, barra pajjiżna, għandha uffiċċji f’Londra, Copenhagen, Seville, u Beijing.
Fl-uffiċċju f’Malta – li hu dak ewlieni – qegħdin jaħdmu disa’ persuni, bil-mira hi li jitilgħu għal ferm iżjed.
Tkabbir li jasal mhux biss minħabba t-temp sabiħ li joffri pajjiżna, imma ferm iżjed.