Ċifri approssimattivi tal-Kummissjoni Elettorali, ippubblikati kmieni l-Ħadd filgħodu, juru li fl-Elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju ħarġu jivvotaw ftit inqas minn 60% għall-Kunsilli Lokali.
Ħames snin ilu, kien hemm 62.6% li vvotaw f’din l-elezzjoni.
B’mod perċentwali, il-lokalitajiet ta’ Ta’ Kerċem, Ħad-Dingli u Santa Luċija kienu l-aktar tliet lokalitajiet fejn ivvotaw in-nies fihom. Dan filwaqt li fil-Gżira, f’San Pawl il-Baħar, f’San Ġiljan u f’Tas-Sliema kien hemm l-inqas rati.