Dr. Anthony Abela Medici nħatar bħala l-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji wara r-riżenja tal-Professur Kenneth Wain.
Huwa ser ikun qed iservi wkoll bħala Deputy Chairperson għall-Kunsill tas-Settur tal-Volontarjat wara li dan beda jiffunzjona bl-ewwel laqgħa nhar it-tmienja ta’ Mejju.
Il-Kunsill huwa magħmul minn tnax-il kunsillier b’ Dr Noel Camilleri elett bħala Chairperson u s-Sur Trevor Fenech bħala rappreżentant mill-Gvern.