Franza tibqa’ wieħed mill-pajjiżi ewlenin li għandhom negozju ma’ Malta. Skond statistika tad-dwana Franċiża u l-Ministeru ta’ l-Ekonomija, l-esportazzjoni Franċiża lejn Malta żdiedet b’16% bejn l-2014 u l-2015 (€358.7 M) filwaqt li l-importazzjoni Franċiża minn Malta żdiedet b’2% (€172.8 M).
L-iżjed setturi dinamiċi fil-qasam ta’ negozju bejn iż-żewġ pajjiżi huma dgħajjes, ICT u prodotti teknoloġiċi kif ukoll strumenti ottiċi, prodotti farmaċewtiċi, ikel, xorb u vetturi.
Waħda mill-kumpaniji li ilhom joperaw bejn Malta u Franza hija Express Trailers li ilha topera minn u lejn Franza sa mill-1978 bi skeda ta’ servizzi kull ġimgħa minn u lejn Pariġi u Lyon permezz ta’ groupage services u part loads, kemm għall-importazzjoni u l-esportazzjoni. Is-servizz jinkludi wkoll it-trasport ta’ ikel iffriżat u tagħbija speċjali fosthom karozza, prodotti tal-farmaċewtika, oġġetti ta’ l-arti.
Tant żdiedet l-attivita’ bejn Franza u Malta li Express Trailers ħasset il-bżonn ta’ konnessjoni aħjar mal-belt ta’ Lille u dan ġiegħel lill-kumpanija tiftaħ depot ġdid f’dan ir-reġjun.