Kumment ta’ wieħed mill-parteċipanti ta’ Liqourish qajjem kontroversja kbira fuq il-midja soċjali fost il-parteċipanti tal-programm. Il-kumment li ttella’ minn Vincent Busuttil qal li jekk ikollu x-xorti li jirbaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena, se jagħti parti mill-premju għall-karità. B’reazzjoni, kienu bosta l-parteċipanti sħabu li kkritikaw il-messaġġ tiegħu u implikaw li Busuttil tella’ dan il-messaġġ biex jirbaħ il-programm. Min-naħa tiegħu, Vincent Busuttil qal li kellu l-profil tiegħu ħħekkjat u li minnufih bdew l-investigazzjonijiet għaliex dan huwa każ serju |