Il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju 2018, inħatar il-Kumitat il-ġdid ta’ OGAE Malta, il-fanclub uffiċjali tal-Eurovision f’pajjiżna.
Waqt it-tielet laqgħa ġenerali annwali li saret f’lukanda ewlenija f’Buġibba, il-President Adrian Refalo ġie kkonfermat fil-kariga għal dawn is-sentejn li ġejjin.
Il-President saħaq, “Wara li issa ssaħħew is-sisien tal-klabb, li għal snin twal tħalla mingħajr strutturi, jeħtieġ li issa nimxu ‘l quddiem u jiġu organizzati aktar attivitajiet fuq skala ikbar għall-membri u l-ammiraturi tal-Eurovision.”
Il-mistiedna speċjali għal din il-laqgħa ġenerali annwali kienet Elena Risteska, il-kantanta li sa issa ġabet l-aħjar riżultat għall-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.
Hija kienet rrapreżentat lil pajjiżha fl-2006.
Filfatt preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll numru sabiħ ta’ nies mill-komunità tal-Maċedonja li jgħixu f’Malta, li flimkien mal-ammiraturi Maltin tawha laqgħa sabiha.
Fl-istess laqgħa tnieda wkoll il-logo l-ġdid tal-Klabb li jaħdem id f’id ma’ OGAE International, l-organizazzjoni internazzjonali li taħdem b’kollaborazzjoni sħiħa mal-EBU (European Broadcasting Union), li hija responsabbli mill-Eurovision Song Contest.
Il-kumitat il-ġdid tal-OGAE Malta huwa magħmul min Adrian Refalo (President), Luke Borg (Segretarju), Edward Montebello (Teżorier), Joseph Barber Bonavia (Membru), Johann Myers (Membru) u Joseph Pace (Membru).
Kull min jixtieq jissieħeb fil-Klabb uffiċjali tal-Eurovision Song Contest jista’ jibgħat imejl fuq info@ogaemalta.org