Nhar it-Tnejn, 18 ta’ Jannar, fl-Old Motors Club Malta Clubhouse, il-Malta Motorsport Federation mexxiet l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Malta Drifting Association. L-Assoċjazzjoni tad-Drifting irrapportat li din kienet laqgħa eċċezzjonalment produttiva li għenet il-progress biex il-Malta Drifting Association terġa tibda topera wara tliet snin ta’ inattività.
L-aktar punt importanti fuq l-aġenda kien it-twaqqif ta’ kumitat ġdid iffurmat minn membri b’esperjenza u dedikazzjoni vasta fid-drifting lokali.
Il-membri l-ġodda tal-kumitat huma Melo Zammit bħala President, Jamin Farrugia bħala Viċi President, Claire Marie Zammit Azzopardi bħala Segretarju, Dorian Galea bħala Teżorier, Alfred Camilleri u Kane Pisani membri tal-kumitat u Neil Debono bħala Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi.
William England, Viċi President tal-Malta Motorsport Federation, awgura lill-kumitat il-ġdid u lill-membri kollha tal-Assoċjazzjoni tad-Drifting filwaqt li wiegħed l-appoġġ kontinwu tal-Federazzjoni.