Turista li marret Darwin għal tieġ, ħadet ritratt ħdejn il-baħar b’xebħ qawwi tal-bordura tal-mappa tal-Awstralja.
F’ritratt, Kelly Matthews qabdet ix-xemx nieżla bejn fergħat u weraq f’Darwin Esplanade fit-Territorju tat-Tramuntana.
Mal-aġenzija tal-aħbarijiet internazzjonali BBC, it-turista spjegat li kif tellgħet ir-ritratt fuq Facebook, sħabha bdew jikkummentaw li r-ritratt jixbaħ il-mappa tal-Awstralja.
Ir-ritratt ġibed għajn bosta, b’uħud ikkummentaw li bħal fil-mappa, Tasmania qisha mhijhiex parti mill-Awstralja.
Iżda fuq nota umoristika, kien hemm min wieġeb għal din ir-rimarka b’kummenti bħal “Mur s’hemm u qaċċat fergħa!”