Waqt il-pandemija kienu bosta li sabu x-xoqqa f’moxtha biex jagħmlu dak li dejjem xtaqu imma qatt ma kellhom ċans jagħmluh.
Ħafna nies irrikorrew għall-passatempi tal-ħjata, kitba, qari kif ukoll l-arti.
Din il-mewġa qanqlet lill-artisti Ryan Galea u Philip Taliana, li jgħallmu fil-grupp Wotart Lessons, biex jikkollaboraw ma’ Reġjun Nofsinhar ħalli flimkien joħoqlu inizjattiva li tinkoraġġixxi tfal u adoloxxenti biex ipinġu.
Il-parteċipanti huma mħeġġa jesprimu ruħhom u jpinġu dak kollu li jispirahom għaliex dawn mhumiex marbuta mal-ebda tema partikolari.
Il-kunċett li jgħaqqad kollox flimkien huwa l-kuluri tal-qawsalla.
Biex wieħed jipparteċipa jrid jagħmel biċċa xogħol tal-arti, jibgħatha fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Wotart Lessons’, u wara li tgħaddi l-COVID-19 tittella’ esebizzjoni tal-arti bix-xogħlijiet li jkunu saru f’dan iż-żmien hekk storiku għad-dinja.
B’hekk, fil-futur, il-COVID-19 ma niftakruhiex biss għall-maskri, sptarijiet, mard u mwiet, iżda wkoll għal tama, għaqda u kuluri.
Għaldaqstant dan kollu qed isir taħt it-titlu “Colours for Hope”