Kulturi differenti jitħalltu flimkien fi spazji aċċessibbli u f’infrastruttura xierqa li tkun aċċessibbli għal kullħadd.
Dawn huma l-ingredjani ta’ Belt Kapitali Ewropeja għall-kultura, stqarr iċ-ċermen tal-Fondazzjoni V18 Jason Micallef waqt il-ftuħ tal-konferenza tal-Valletta 2018.
Il-binja ta’ bliet funzjonali li huma inklussivi u produttivi hija waħda mill-ikbar sfidi li qed jiffaċja l-bniedem fiż-żminijiet tal-lum u għalhekk għandu jkun hemm spazju flessibli biex dawn il-bliet jirnexxu u jibnu sens ta’ kommunità kulturali.
Stqarr dan iċ-ċermen ta’ Valetta 2018 Jason Micallef waqt il-ftuħ tal-konferenza Valletta 2018, li għaliha attendew numru ta’ rappreżentati ta’ pajjiżi Ewropej.
Jason Micallef qal li huwa importanti li l-arkitettura taqdi l-aħjar ħtiġijiet tal-kommunità, bil-bliet iservu lin-nies li jżuruhom, b’referenza speċjali għal-belt Valletta li se tkun il-belt kapitali Ewropeja fl-2018.
Din il-konferenza tlaqqa’ esperti minn diversi oqsma tal-urbaniżmu, l-arti, il-midja diġitali li flimkien jiddiskutu metodi ta’ kif gruppi differenti jużaw l-ambjent urban tagħħhom fl-espressjoni kreattiva u dik politika.
Ir-riġenerazzjoni kommunitarja, l-interazzjoni bejn l-ispazji fiżiċi u dawk virtwali ukoll huma parti integrali minn din is-sistema li tgħin belt kulturali iservi ta’ eżempju lil bliet oġra.
Is-sessjonijiet ta’ din il-konferenza qed isiru f’bosta spazji kommunitarji fil-Belt Valletta u se jdumu għaddejja sal-Gimgħa 25 ta’ Novembru.