Is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjari, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni ħabbar li l-kumpanija Betsson AG ħabbret li l-kumpanija qed tikkommetti għall-ġurisdizzjoni Maltija u affermat mill-ġdid li m’għandha l-ebda ħsieb li tiċċaqlaq minn Malta u li kull impjieg li se jkun qed jintemm se jkun qed jiġi pprovdut xogħol ieħor ma’ kumpaniji oħra.Dan b’reazzjoni għal artiklu li ġie ppubblikat f’ġurnal lokali, li allega li l-kumpanija Betsson se tkun qed tkeċċi 160 ħaddiem mill-kumpanija b’mod globali.
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri nnota kif l-industrija tal-gaming aktar qed tikber u kif kull impjieg li se jkun qed jintemm minn mal-kumpanija Betsson AG, l-impjegat se jkun qed jingħata impjieg ieħor f’kumpaniji oħra. Dan hekk kif ix-xogħol f’dan is-settur aktar qed jiżdied, u dan għax il-bżonn ta’ ħaddiema f’dan is-settur aktar qed jikber.
Hu rringrazzja lil Betsson AG għall-fiduċja li tagħhom fil-ġursidizzjoni Maltija.