Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici żar iċ-Ċentru ta’ Riżorsi għall-Edukazzjoni ta’ Żgħażagħ, fil-Wardija.
Dan iċ-ċentru ta’ riżorsi jilqa’ studenti ta’ 16-il sena bi bżonnijiet edukattivi individwali u li lestew l-edukazzjoni sekondarja. L-iskola sservi ta’ mod kif tipprovdi lill-istudenti bl-għodda neċessarja biex jimirħu fl-edukazzjoni tagħhom, isaħħu l-ħiliet ta’ żvilupp u tippreparahom għal xogħol u għal ħajja aħjar.
“Bħala Gvern, aħna rridu nipprovdu lil kulħadd bl-opportunità li jirrikonoxxu l-ħiliet u jaħdmu fuq it-tisħiħ tagħhom,” qal Dr Bonnici waqt iż-żjara tiegħu. “Aħna rridu niżguraw li kull student ikun inkluż u inkoraġġut biex jimmassimizza l-potenzjal tiegħu. L-għan tagħna hu li naħdmu flimkien biex niżguraw l-ogħla livell ta’ tagħlim, speċjalment billi ngħinu lill-istudenti tagħna biex jiskbu r-riżultati, filwaqt li ninkoraġġuhom biex ikomplu jimirħu fl-edukazzjoni tagħhom,” żied jgħid.
Il-programm tal-iskola jiffoka fuq l-iżvilupp personali tal-istudenti, fosthom il-ħiliet ewlenija, kompetenzi soċjali u ħiliet interpersonali, u tipprepara lill-istudenti b’mod vokazzjonali billi jissaħħu l-ħiliet ta’ impjieg tagħhom, kif ukoll jiġu pprovduti servizzi ta’ sapport.
Il-Ministru Bonnici kellu wkoll laqgħa mal-kap tal-iskola, mal-persunal u mal-edukaturi tal-Kulleġġ Maria Reġina Ċentru ta’ Riżorsi għall-Edukazzjoni ta’ Żgħażagħ.