Il-kampanja popolari ta’ GreenPak ‘Nirriċikla għall-Istrina’ qed tistieden lill-komunitá tan-negozju u organizzazzjonijiet soċjali biex jieħdu sehem b’mod attiv f’din l-inizjattiva nazzjonali b’risq il-karitá. L-estensjoni tal-kampanja tnediet uffiċjalment fil-Palazz ta’ San Anton.
Fil-preżenza tal-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca u l-Ministru għall-iżvilupp sostenibbli, l-Ambjent u Bdil fil-Klima José Herrera.
Is-senior Manager ta’ GreenPak, Denise Brincat, qalet li dinil-kampanja qed issejjaħ lill-kumpaniji privati u stabbilimenti soċjali biex jestendu r-responsabbiltajiet tagħhom tar-riċiklaġġ u jħeġġu lill-klijenti tagħhom biex jiġbru tappijiet tal-plastik u jiddepożitawhom għandhom ħalli jinġabru iktar flus b’risq l-Istrina. Brincat spjegat li mill-iskejjel madwar Malta u Għawdex diġa nġabru 115 tunellata f’tappijiet riċiklati.
Il-parteċipazzjoni hi miftuħa għall-kumpaniji, bars, ristoranti u clubs kollha. GreenPak se tkun qed tqassam fuljetti b’tagħrif dwar il-kampanja. Kumpaniji u stabbililmenti interessati jistgħu japplikaw permezz tal-istess fuljett. Donazzjonijiet ivarjaw minn 25 sa 100. Il-flus kollha miġbura se jmorru b’risq il-Community Chest Fund.