F’konferenza tal-aħbarijiet fir-Rialto, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar proposta oħra favur l-iżvilupp edukattiv tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.
Qal li l-istudenti tas-seba’ sena se jingħataw laptop għall-esperjenza edukattiva kollha fis-sekondarja u l-one tablet per child se jiġi estiż fis-sekondarja.
Proposta interessanti oħra hija li kull sena t-tfal kollha se jingħataw sett ta’ kotba biex jiġu mħeġġa’ jaqraw.
Dr Abela ħabbar ukoll li se jiġu ffinanzjati l-ispejjeż ta’ attivitajiet kurrikulari sportivi, arti u kultura sabiex it-tfal kollha jkollhom opportunità jipparteċipaw u jkunu aktar inklużi.
Dan f’forma ta’ tax credit ta’ €300 fis-sena.
Familji bi dħul baxx se jiġu mgħejjuna wkoll fix-xiri ta’ uniformi ġdida tas-sena skolastika filwaqt li jiġi mogħti servizz ta’ internet bażiku.
Dan kollu qed isir b’allokazzjoni ta’ €145 miljun fuq medda ta’ ħames snin.
Segwi: