In-numru ta’ pajjiżi li qed isibu l-varjant tal-Omicron qed jiżdied kull jum li jgħaddi. Qalet dan l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-WHO.
Spjegat kif minkejja dak li qed jiġi rrapportat, iċ-ċans hu li hemm aktar pajjiżi li għandhom il-varjant Omicron hekk kif il-pajjiżi kollha għandhom jibdew jippreparaw għal żieda fil-każijiet.
Iżda minkejja s-sejba ta’ dan il-varjant ġdid, xjentisti qalu kif għadu wisq kmieni biex jidentifikaw jekk dak il-varjant jikkawżax sintomi aktar serji.