Kull min tilef il-pjanċi tar-reġistrazzjoni tal-vettura tiegħu għandu jmur jagħmel rapport fl-eqreb għassa. Dan qalitu l-Pulizija fi stqarrija wara li ttellgħu bosta ritratti fuq il-midja soċjali ta’ pjanċi li nqalgħu minħabba l-maltemp.
Wieħed għandu jagħmel rapport sabiex tkun tista’ tinħareġ pjanċa oħra minn Transport Malta.
Dan filwaqt li persuni li jsibu xi pjanċi għandhom jeħduhom fl-eqreb għassa sabiex il-Pulizija tkun tista’ tikkuntattja lis-sidien tagħhom.