Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri fil-Parlament ħabbar li sal-Ħadd li għadda, 865 persuna ngħataw multa ta’ €100 talli kienu f’ġemgħa ta’ erba’ persuni jew aktar. Dawn il-multi ngħataw kemm ilu li sar l-avviż legali sabiex tnaqqas ġemgħat ta’ nies minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Intant, il-Ministru Camilleri ħabbar ukoll li sal-Ħadd, 73 persuna ngħataw taħrika talli nstabu jiskru l-kwarantina mandatorja. Dan in-numru nstab minn 21,300 spezzjoni minn uffiċjali tal-pulizija.
Il-Ministru Byron Camilleri qal li dawn il-persuni se jkunu qegħdin iwieġbu għall-ġustizzja talli kissru dawn l-avviżi legali.