Kien għall-ħabta tat-20:30 ta’ filgħaxija meta għalqa f’Santa Venera nħakmet minn nirien kbar tant li residenti fil-qrib sostnew kif “kull m’hawn beda jixgħel isfar”.
L-inċident seħħ fi triq il-Kappillan Mifsud f’Santa Venera fejn tant kienu kbar in-nirien li persuni li kienu joqgħodu viċin l-għaqla ħasbu li kienet parti mid-dar li nħakmet dan minħabba l-ħoss li beda jinstema’.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn wara ftit tal-ħin ikkontrollaw in-nirien.
Kienet residenta fil-qrib li poġġiet filmat tal-għalqa taqbad fejn kienu bosta li taħt il-filmat wrew it-tħassib tagħhom u avżawha biex tieħu ħsieb għalkemm hi kienet il-bogħod minn kull tip ta’ periklu.
Il-Pulizija mhux qed teskludi li l-għalqa setgħet tqabbdet minn xi persuni mhux magħrufa.