Mhuwiex konvinċenti li Simon Busuttil ċaħad bħala “devjazzjoni” l-istorja ppubikata mill Malta Today dwar Beppe Fenech Adami, li ismu tfaċċa’ f’investigazzjoni Olandiża dwar operazzjoni ta’ ħasil tal-flus.
Dan stqarru l-ġurnalist irtirat Roger Mifsud, li esprima t-tħassib tiegħu permezz ta’ artiklu fit-Times of Malta. Osserva dak irrapportat, ċioe li Beppe Fenech Adami kien direttur tal-kumpanija fiduċjarja Maltija Baltimore, li kienet qed tiġġestixxi l-flus għal kumpanija suspettata li kienet qed taħsel il-flus.
“Busuttil eżamina d-dettalji tal-istorja ta’ Malta Today, biex jaċċerta l-fatti?” staqsa Mifsud.
“Jew għandna nassumu li Fenech Adami huwa qaddis, mhux soġġett għall-korruzzjoni, u mhux vulnerabbli għall-iżbalji umani – kif aħna kollha – u għalhekk wieħed għandu jemmnu li ma kien jaf xejn dwar il-kwistjoni?” kompla istaqsi.
Osserva r-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista nhar il-Ħadd, meta ħarġet l-istorja. Dakinhar il-PN staqsa il-“gvern ta’ Muscat” hux se jieħu azzjoni, “jekk verament ikun hemm xi ħaġa” fl-istorja.
“Huwa possibbli li Fenech Adami ma kien informat xejn dwar it-talba tal-pulizija Olandiża li dawk Maltin?” staqsa l-eks ġurnalist.
Ikkonkluda li dan ifisser li l-PN xejn ma jemmen li kien hemm “xi ħaġa” fil-kwistjoni. Dak li Busuttil kien meħtieġ jagħmel biex jikkonferma kienx hemm “xi ħaġa” kien li jikkuntattja lill-pulizija Olandiża. Il-konferma kienet biss telefonata ‘l bogħod. Għamilha dik it-telefonata?
“Il-PN jidher li ma kkonferma xejn. Ħareġ bl-addoċċ jiddefendi deputat mexxej tiegħu” insista Mifsud.
Iżda qal ukoll li Busuttil seta’ għamel xi ħaġa saħansitra aktar sempliċi. Il-Kummissarju tal-Pulizija dak iż-żmien kien maħtur mill-PN. Busuttil kellem lil John Rizzo biex jistaqsi dwar il-kwistjoni? Ikkuntattja lill-ex assistent kummissarju tal-pulizija Michael Cassar?
Busuttil staqsa lil Fenech Adami dwar l-istorja? Id-dikjarazzjoni tal-PN tikkwota biss dak Fenech Adami qal lill-MaltaToday, u Simon Busuttil ma jidhirx li kellmu lill-Fenech Adami.
“Imbasta jitkellem dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni jew il-possibilità ta’ korruzzjoni. Aktar għandu nuqqas ta’ azzjoni”.
Roger Mifsud fakkar li Fenech Adami kien, fiż-żmien tal-investigazzjoni tal-pulizija, assistent parlamentari responsabbli għall-pulizija.
Huwa possibbli li ma kienx konxju dwar it-talba tal-pulizija Olandiża li dawk Maltin, u dak li l-pulizija ta’ Malta kienu ltaqgħu miegħu?
Id-dikjarazzjoni PN tistaqsi għaliex il-gvern m’għamel xejn dwar il-kwistjoni. Mistoqsija valida, forsi, iżda li ġiet imxejjna meta l-Prim Ministru appunta inkjesta uffiċjali.
F’din il-kwistjoni kollha, Mifsud daħħal lil Marlene Farrugia, li kienet f’taħditiet mal-Partit Nazzjonalista biex tinħoloq oppożizzjoni “li se tippreżenta forza magħquda lill-elettorat u gvern alternattiv ibbażat fuq il-gvernanza tajba”. Flimkien ma’ Busuttil saħqet fuq il-“koalizzjoni kontra l-korruzzjoni”.
“Farrugia se tikkonsidra l-istorja tal-MaltaToday issa?” staqsa Mifsud.
Sostna li l-kwistjoni ta’ ħasil tal-flus hija serja, u reat li kull gvern fid-dinja demokratika irid jeħles minnu. Marlene Farrugia se titlob lil Busuttil jaċċerta l-verità tal-kwistjoni? Jew se tispiċċa tkun “koalizzjoni għall-korruzzjoni”?