Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, kien kostrett jammetti li baqa’ ma ħallasx it-taxxa minkejja li prova jġiegħel lin-nies jemmnu mod ieħor. Qal dan il-Partit Laburista permezz ta’ stqarrija.
L-istqarrija tgħid kif ġimagħtejn ilu, meta kien żvelat li mil-lejl għal nhar sab €55,000 cash, ipprova jagħti l-impressjoni li għalaq kull każ pendenti li kellu mad-Dipartiment tat-Taxxa.Tant li l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista jikkwotah jgħid li “m’għadx hemm kwistjonijiet pendenti dwar il-ħlas ta’ taxxa.”
Il-PL qal li iżda, kif żvelat nhar il-Ħadd li għadda Delia baqalgħu jħallas iktar milli diġa’ ħallas. U mistoqsi minn The Malta Independent issa ma setax jgħid mod ieħor. Ivvinta li kien qed jitkellem fuq “disputa” u mhux fuq kollox. In-nies jafu x’qal. Qal game over u kienet game on. Delia għandu jifhem li m’għadux fl-awla tal-avukati. Qed fil-politika u jrid jgħid il-verità kollha inkella ma jkunx kredibbli. Kif diġa’ mhux. Xi ħaġa li qaltilu Daphne Caruana Galizia u rrepetewha nies fil-partit tiegħu stess.