Ta’ kull filgħodu, dan ir-raġel jieħu t-tifel tal-iskola b’rota partikolari. Din ir-rota għandha rota żgħira mwaħħla fuq wara li fuqha t-tifel xorta waħda jkun qed jaqdef pero l-missier jkun qed jgħinu fuq quddiem.
Xena ħelwa li turi l-missier jgħallem lit-tifel biex juża aktar sorsi nodfa ta’ trasport u fl-istess ħin jkun qed jagħmel ġid għal saħtu.
Huma l-bosta li titnissilhom tbissima meta ta’ kull filgħodu jaraw lil dan ir-raġel flimkien ma’ dan iċ-ċkejken fi triqthom. Tispikka t-tbissima fuq fomm it-tifel li jkun f’ġenna tal-art fi triqtu lejn ġurnata skola.